L-Amministrazzjoni tal-PL ikkonfermata għal sentejn oħra

L-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista ġiet ikkonfermata għal sentejn oħra hekk kif ilbieraħ għalaq iż-żmien fejn fih wieħed seta’ jitfa’ n-nomina għal xi kariga fl-Amministrazzjoni, u ma kienx hemm kontestazzjoni minn kandidati oħra.
L-Amministrazzjoni Laburista hi magħmula minn Daniel Micallef bħala President, Louis Gatt bħala Viċi President, Marc Vella Bonnici bħala Segretarju Internazzjonali u William Lewis bħala Segretarju Organizzativ.
Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista rċievet 19–il nominazzjoni għal 12 –il post fl-Eżekuttiv Nazzjonali.
L-elezzjoni għall-membri l-ġodda se ssir is-Sibt 31 ta’ Jannar 2015.