L-Amerka u l-Korea t’isfel jaqblu li jgħinu lill-Korea ta’ Fuq

L-Amerka u l-Korea t’Isfel qablu li jagħtu l-għajnuna tagħhom lill-Korea ta’ Fuq jipprovdulhom mediċini kontra l-influwenza antivirali. Dan intqal wara li Washington qalet li se tħaffef l-għajnuna umanitarja f’nofs it-taħdidiet nukleari staġnati ma’ Pyongyang.

In-negozjaturi nukleari tal-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel kellhom laqgħa f’Seoul biex jagħtu spinta lill-koordinazzjoni tal-politika dwar il-Korea ta’ Fuq. Huma esploraw ukoll modi ta’ kif itejbu t-twassil t’għajnuna umanitarja.