L-Amerka tirtira mill-patt mar-Russja dwar il-missili nukleari

L-Istati Uniti tal-Amerka rtiraw mill-patt tal-missili nukleari tagħhom mar-Russja, wara li sabu li Moska kienet qiegħda tikser dan it-trattat.

Il-President Amerikan Donald Trump qal illum li l-Istati Uniti se jirtiraw mill-qbil tal-1987 dwar il-kontroll tal-armi, magħruf bħala t-Trattat tal-Forzi Nukleari Intermedji. Dan ingħad minn uffiċjali mlaħħqin fl-amministrazzjoni ta’ Trump.

It-trattat jipprojbixxi lil kwalunkwe naħa milli jistazzjonaw missili qosra jew intermedji fl-Ewropa. Sitt xhur ilu kien diġà ssemma li Washington jaf tirtira minn dan il-qbil jekk ir-Russja ma turix li se tkompli timxi miegħu.