L-Amerikani joħorġu bi ħġarhom jivvutaw f’elezzjoni Amerikana

Iktar minn 22 miljun Amerikan diġá xeħtu l-vot tagħhom għall-Elezzjoni Presidenzjali tax-xahar d-dieħel. Imqabbla ma’ erba’ snin ilu, f’dan il-punt fl-elezzjoni tal-2016 kienu ivvutaw biss 6miljun ruħ.

L-elezzjoni propja se ssir fit-3 ta’ Novembru. Esperti Amerikani qed jgħidu li dan seħħ hekk kif in-nies qed jippruvaw jevitaw il-ġurnata propja tal-elezzjoni minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

It-Tlieta li għaddew, f’Texas fejn kien hemm l-ikbar restrizzjoni dwar min seta’ jivvota bil-posta, nkiser kull rekord ta’ ‘early voting’. It-Tnejn li għaddew, fil-festa pubblika magħrufa bħala Columbus Day fl-istat ta’ Georgia vvuttaw 126,876 li hu rekord għal dan l-istat Amerikan.

F’Ohio, stat dejjem meqjus bħala kruċjali fl-elezzjoni iktar minn 2.3 miljun Amerikan ivvutaw permezz tal-posta, d-doppju ta’ kemm ivvutaw fl-2016.

Rapporti oħra qed jgħid li d-Demokratiċi ħarġu jivvutaw bi ħġarhom bill tefgħu d-doppju tal-voti tar-Republikani. Minn dawn l-aktar li jidher li vvutaw kienu n-nisa u s-suwed.

L-elezzjoni se ssir bejn il-President attwali Donald Trump u l-kandidat Demokratiku, l-ex Viċi President ta’ Barack Obama, Joe Biden