L-Amerikani jirbħu lill-Iżvezja; issa jmisshom kontra Spanja

Getty Images

Mit-Tazza tad-Dinja tan-nisa, it-tim Amerikan kompla jimpressjona hekk kif rebħu lir-rivali tagħhom, l-Iżvezja, 2-0. Iż-żewġ naħat kienu diġà ċerti li għaddew mal-aħħar 16, iżda l-Amerikani komplew juru l-kapaċità tagħhom.

Issa l-Amerikani se jkunu qed jilagħbu kontra Spanja nhar it-tnejn ġewwa Reims. L-istess ground fejn it-tim Amerikan rebaħ lit-Tajlandja bl-iskor ta’ 13-0. Spanja spiċċaw it-tieni minn Grupp B, wara l-Ġermanja.

Il-Kamerun rebħu lil New Zealand 2-1, bit-tini gowl jasal fl-aħħar minuti. B’hekk il-Kamerun irnexxielhom jgħaddu mal-aħħar 16 u se jkunu qed jilagħbu kontra l-Ingilterra.