Filmat: “L-Amerikani ilhom jafu, aġixxew biss illum” – il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-proċeduri jieħdu l-ħin tagħhom u skontu, kien għalhekk li l-awtoritajiet Maltin għadhom ma aġixxewx dwar l-allegazzjonijiet fuq il-Bank Pilatus.
F’intervent qasir waqt dibattitu jaħraq fil-Parlament, il-Prim Ministru rreaġixxa għall-kummenti tad-deputat tal-Oppożizzjoni David Stellini fejn qal li l-Gvern ilu sena jaf bl-allegazzjonijiet fuq dan il-Bank.
F’dan is-sens, il-Prim Ministru allega li l-Amerikani ilhom jafu iżda aġixxew illum.
Dwar ir-rispett lejn il-liġi (is-Saltna tad-Dritt), imsemmi fid-dibattitu mid-deputat Nazzjonalista Kristy Debono, il-Prim Ministru qal li l-Unjoni Ewropea tgħid li l-miżuri u proċeduri jistgħu jittieħdu minn awtoritajiet awtonomi u indipendenti.
Aqra iktar hawn dwar il-każ:
L-MFSA ma tirrevokax il-liċenzja ta' Pilatus Bank; tkeċċi lis-sid
L-MFSA hija responsabbli għas-superviżjoni tal-banek lokali – ECB
Pilatus Bank: Neħħu l-liċenzja llum – PN; il-PM m'għandux poter – PL
Filmat: Pilatus maqjel tal-kriminalità; pulizija jintlemħu fil-Bank – attivisti

X’qalu l-MPs dwar Pilatus Bank fil-Parlament?
Pilatus Bank: X’qed jgħidu fuq l-arrest ta' sid il-bank?
Bdew jinvestigawh qabel ingħata l-liċenzja f’Malta
"Il-Maltin jiġru wara Efimova; l-Amerikani jarrestaw lil sid Pilatus" – ulied Daphne
Filmat: "Kont naf li se tiġri; Min se jerfa' r-responsabbiltà?" – Ferris
Ritratti: “Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma” – sinjali quddiem il-Bank Pilatus u l-FIAU
Itennu għar-riżenja tal-Kummissarju llejla