L-Amerika takkuża spiji Russi b’interferenza; summit fir-riskju

Il-Ġurija Federali l-ġdida, ilbieraħ akkużat 12-il uffiċjal tal-intelliġenza Russa li fl-2016, bgħabsu kompjuters t’attivisti Demokratiċi, fl-iktar akkuża dettaljata fil-konfront ta’ Moska u l-intervjenti tagħha biex tgħin lir-Repubblikan Donald Trump jirbaħ l-elezzjoni Presidenzjali.

L-akkużi, jallegaw konspirazzjoni wiesgħa li tinvolvi hacking sofistikat u r-rilaxx ta’ dokumenti, li jpoġġu f’risku s-summit tal-ġimgħa d-dieħla bejn il-President Trump u l-President Russu Vladimir Putin.

Allegatament, uffiċjali tal-aġenzija tal-intelliġenza militari tar-Russja, il-GRU, ikkontrollaw il-kompjuters tal-kampanja Demokratika ta’ Hillary Clinton u l-kumitati tal-kampanja tagħha, u serqu ammont kbir ta’ informazzjoni.