L-Amerika mistennija timponi sanzjonijiet ekonomiċi kontra t-Turkija

FILE PHOTO: Turkish army vehicles and military personnel are stationed near the Turkish-Syrian border in Sanliurfa province, Turkey, October 12, 2019. REUTERS/Murad Sezer

L-Amerika hija mistennija timponi sanzjonijiet ekonomiċi kontra t-Turkija fid-dawl tal-aħħar żvilluppi fis-Sirja. Il-President Amerikan Donald Trump jinsab taħt pressjoni biex jieħu azzjoni.

Din il-pressjoni hija r-riżultat tal-fatt li l-kommunita’ internazzjonali qed tgħid li d-deċiżjoni ta’ Trump li jirtira s-suldati mis-Sirja tat lok għall-aggressjoni Torka.

Sadanittant hu mifhum li Donald Trump ta’ struzzjonijiet biex ikun hemm irtirar sħiħ tal-preżenza militari Amerikana.

Trump tenia li qed jisma dal li qed jgħid il-Kungress u s-Senat, fejn kemm Demokratiċi u Repubblikani qed jagħmlu pressjoni għal sanzjonijiet ekonomiċi.