“L-ambulanzi ntużaw bħala taxis minn Paceville”

Żewġ persuni li jaħdmu fl-isptar Mater Dei qalu li matul il-lejl li għadda s-servizz tal-ambulanzi ntuża’ bħala wieħed tat-taxis għaż-żgħażagħ fis-sakra minn Paceville għall-isptar.

Wieħed mill-ħaddiema, Carl Abela, fuq Facebook iddeskriva x-shift tal-bieraħ bħala wieħed diffiċli. Huwa appella biex min ma jiflaħx għax-xorb, ma jixrobx.

https://www.facebook.com/photo.php?fbid=1894513913944357&set=a.404049076324189.92674.100001572991691&type=3&theater

B’rabta mal-istess każ, infermier f’post fuq Facebook qal li matul il-lejl li għadda l-ambulanzi kellhom joħorġu 70 darba. L-infermier, Daniel Said, qal li l-maġġoranza assoluta tal-każijiet kienu jinvolvu nies li kienu fis-sakra f’Paceville li jmorru jqattgħu lejl fid-dipartiment tal-emerġenza.

Tonight was the epitome of abuse of the A&E ambulance service. We were completely flooded with over 70 ambulances in…

Posted by Daniel Said on Saturday, August 4, 2018

Newsbook.com.mt ipprova jagħmel kuntatt ma’ kelliem għall-isptar Mater Dei imma ma rnexxilux iġib tweġiba sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.

40% tal-persuni li kuljum imorru fid-Dipartiment tal-Emerġenza jistgħu jinqdew fiċ-ċentri tas-saħħa u għaldaqstant qed jaħlu l-ħin tas-servizz li jingħata fl-isptar. Dan joħroġ minn ċifri li ta l-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei Ivan Falzon waqt il-programm Follow Up fuq RTK 103FM.