Filmat: L-ambulanza li kien isuq miegħu sal-aħħar vjaġġ

Kollegi u qraba ta’ Stephen Camilleri, sewwieq tal-ambulanzi li ħalla din id-dinja fl-età ta' 48 sena, qegħdin jagħtu l-aħħar tislima permezz ta’ korteo bl-ambulanza li kien isuq hu stess. 
Minn Mater Dei l-korteo se jmur Ħal Għaxaq fejn se ssir quddiesa fil-Knisja ta’ Santa Marija.
Mijiet ta’ messaġġi ttellgħu fuq il-profil tiegħu. Spikkaw kummenti li juru kemm Camilleri kellu ‘qalb tad-deheb’ u kif f’ħajtu ‘seraq il-qlub ta’ bosta’. Huwa kien attiv ħafna fil-Malta Community Chest Fund u Puttinu Cares Foundation.
Kondoljanzi lil martu Natasha u wliedu Kyle u Xavier.
Strieħ fis-sliem, ħabib.