L-ambjent ta’ min hu?

L-Ambjent se jkun it-tema tad-diskussjoni fil-programm tal-lum ta’ Sensilhena li jixxandar fuq TVM2 fit-8.15pm.

Christine Delicata se tkun qed tittratta dan is-suġġett flimkien ma’ Profs Alan Deidun, Vincent Attard minn Nature Trust u minn Eko skola.  X’responsabbiltà għandu n-nisrani li jżomm l-ambjent nadif, sigur, u b’mod li tiġi assigurata kwalità ta’ ħajja tajba għall-ġenerazzjonijiet futuri? L-ambjent ta’ min hu?  Dan u aktar waqt dan il-programm li bħal kull ġimgħa żgur li se jkun interessanti. 

Hilary Spiteri, l-istoriku tal-arti, jerġa’ jitkellem dwar biċċa xogħol importanti li tkompli tagħni dan il-programm.

Sensilhema għandu produzzjoni eżekuttiva ta’ CPI Media, bdirezzjoni ta’ Fr Louis Mallia MSSP u Paul Jones.

Il-programm ikollu repetizzjoni s-Sibt fis- 7.30pm u l-Ħadd fid-9.00am fuq TVM 2