​L-ambjent irebbaħ premju lil 3 Maltin

Din is-sena David Dandria, Edwin Lanfranco, u Joe Sultana rebħu l-Premju Buonamico.
L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tellgħet it-tieni edizzjoni tal-Premju Buonamico nhar il-Ġimgħa 20 ta’ April. Dan il-premju jirrikonoxxi l-kontribuzzjoni li jkunu taw ċertu persuni lejn l-għarfien dwar l-ambjent.
Dandria ta kontribuzzjoni lejn l-għarfien tal-entomoloġija (l-istudju tal-insetti). Lanfranco rebaħ għall-kontribuzzjoni dwar il-botanija (l-istudju tal-pjanti) u l-ekoloġija (l-ambjent). Sultana ngħata l-premju għax-xogħol ornitoloġiku (l-istudju tal-għasafar) li wettaq.
Ritratt: BirdLife Malta