“L-ambjent huwa misluf lilna mill-ġenerazzjoni ta’ warajna” – Il-President

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ħeġġet lit-tfal biex ikomplu jieħdu sehem f’diskussjonijiet u jsemmgħu leħinhom dwar dak li jaffettwa l-ħajjithom għaliex dan huwa l-uniku mod li jkun hawn soċjetà infurmata u kapaċi titkellem u taħdem għad-drittijiet. 
Il-President qalet dan waqt iċ-ċerimonja tal-Green Flag, Silver u Leaf Award ta’ Ekoskola.
Il-President qalet li kemm id-darba t-tfal jitolbu li fil-pajjiż ikun hawn spazji iktar miftuħa fejn jilagħbu.
Il-President qalet li tapprezza li permezz tal-Ekoskola, iż-żgħażagħ bdew ibiddlu l-mentalità fit-tiġdid tal-ambjent biex nersqu lejn żvilupp sostenibbli.
Hija ferħet lit-tfal li qed jippreżentaw il-fehmiet tagħhom lil dawk li jmexxu pajjiżna.
Il-President Marie-Louise Coleiro Preca ferħet lil Nature Trust Malta għall-inizjattiva li mitt skola lokali jipparteċipaw fil-programm u li aktar minn nofshom huma skejjel li jħaddnu l-Green Flag, Silver u Leaf, li jikkonfermaw is-suċċess ta’ din l-inizjattiva. 

Ritratt: DOI – Cloudagh Farrugia O'Neill