L-ambjent eqreb tal-istudenti

Studenti tal-iskola post-sekondarja Giovanni Curmi fin-Naxxar setgħu jsiru jafu iktar dwar diversi proġetti li qed tħaddem l-Awtorità ġdida għar-Riżorsi Ambjentali (ERA) li twaqqfet wara l-qsim tal-MEPA.
Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali ddedikat lid-Dinja, l-istudenti tgħallmu dwar il-proġetti Life BaĦAR u Life+ Project Migrate kif ukoll dwar in-netwerk mifrux mal-UE kollha, Natura 2000, il-ħidma tal-awtorità ġdida u l-ispeċi protetti.
L-attività saret fl-iskola fin-Naxxar.