L-Ambaxxatur Malti fil-Libja lura fi Tripli

L-Ambaxxatur Malti għal-Libja Mannie Galea jinsab lura fi Tripli wara li fil-jiem li għaddew telaq minn Malta lejn it-Tuneżija.
Minn hemmhekk wasal Tripli bil-karozza.
Galea kien Malta sabiex jattendi għall-Konferenza tal-Ambaxxaturi u kellu jirritorna Tripli fit-13 ta’ Lulju li għadda.
Għaldaqstant l-ajruport fil-kapitali Libjana spiċċa fiċ-ċentru tal-ġlied bejn is-suldati Libjani u l-militanti tal-gruppi armati.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella kien stqarr li ma awtorizzax li l-Ambaxxatur jasal Tripli mit-Tuneżija minħabba l-perikli f’din ir-rotta.
Qabel ma wasal lura fi Tripli, Mannie Galea kien qed jaħdem fil-qrib fil-kordinazzjoni tal-crisis centre li nħoloq apposta fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin biex isiru kuntatti mal-Maltin li riedu jitilqu mil-Libja minħabba l-ġlied.
Il-Maltin ġew ikkuntattjati bit-telefown, Skype u Facebook.