L-Ambaxxatriċi Amerikana żżur lill-Ispeaker

L-Ambaxxatriċi Amerikana Gina K. Abercrombie-Winstanley żaret lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia, hekk kif qed ittemm is-servizz tagħha f’Malta.
L-Ispeaker esprima l-gratitudni tiegħu lejn l-Ambaxxatriċi għall-ħidma bla heda tagħha, li kompliet ittejjeb ir-relazzjonijiet eċċellenti bejn Malta u l-Istati Uniti.
Iddiskutew suġġetti ta’ interess komuni, fosthom il-koperazzjoni fuq livell Parlamentari, kif ukoll is-sitwazzjoni internazzjonali b’mod partikolari fil-Libja, it-theddida mill-ISIS u l-elezzjonijiet fl-Istati Uniti.
L-Ambaxxatriċi Amerikana kienet akkumpanjata mill-Uffiċjal għall-Politika, Ekonomika u Kummerċjali fi ħdan l-Ambaxxata.
Ritratt: DOI – Omar Camilleri