L-Ambaxxata tal-Istati Uniti tappoġġja seminar fuq id-Drittijiet tal-Bniedem f’Malta

L-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Malta u s-Servizz tad-Detenzjoni organizzaw seminar ta’ taħriġ bejn t-30 u l-31 ta’ Lulju.
Is-seminar iffoka fuq li jkattar l-għarfien tad-drittijiet tal-bniedem.
Uffiċjali mill-U.S. Defense Institute of International Legal Studies qasmu l-esperjenza tagħhom f’dan is-settur ma’ aktar minn għoxrin uffiċjal mis-Servizz ta’ Detenzjoni li attendew is-seminar.
L-Ambaxxata tal-Istati Uniti f'Malta pprovdiet fondi għal din l-opportunità importanti biex jissaħħaħ l-għarfien tad-drittijiet tal-bniedem fost l-uffiċjali tas-Servizz ta’ Detenzjoni.
L-Ambaxxatriċi Gina Abercrombie-Winstanley faħħret l-isforzi tal-Gvern u tal-poplu Malti biex jipproteġu d-drittijiet umani u jtejbu r-rispett għall-awtorità ċivili f'dan ir-reġjun importanti tal-Mediterran.  
Il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia qal li huwa ħerqan biex jara skambji simili ta’ taħriġ u informazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.