L-Ambaxxata Iraqina f’Kabul taħt attakk terroristiku ieħor

L-Istat Iżlamiku wettaq attakk terrorista ieħor qrib l-Ambaxxata Iraqina f’Kabul, il-kapitali Afgana.
Jidher li persuna armata bl-isplussiv ippruvat ittajjar lilha nnifisha qrib l-ambaxxata, iżda fil-mira tagħha kien hemm ukoll il-kartieri tal-Pulizija, dan skont informazzjoni li ħarġet il-Pulizija stess.
Mal-persuna kien hemm bosta oħrajn iġorru armi tan-nar li fetħuhom fuq in-nies fl-inħawi, għalkemm sa issa għadhom ma ġewx irrappurtati fatalitajiet.
Filwaqt li bħalissa n-nies qed jiġu evakwati mill-post, il-Pulizija qed tirritalja lil dawn it-terroristi armati.
Dan l-attakk fuq l-Ambaxxata Iraqina seħħ ġimagħtejn wara attakk ieħor xħin l-istess ambaxxata kienet qed tiċċelebra r-rebħa tal-forzi Iraqini-Amerikani fuq l-ISIS fil-belt ta’ Mosul.
Bħal-lum ġimgħa, bomba-suwiċida qatlet minn tal-inqas 30 persun f’distrett primarjament ippopolat minn Musulmani Xiti.
Skont statistika tal-Ġnus Magħquda mal-1,662 persuna nqatlet fl-Afganistan minħabba attakki simili, b’20% minnhom f’Kabul.