L-Alternattiva titkellem dwar persuni b’diżabilità u dwar l-użu aħjar tal-ilma

L-Alternattiva Demokratika nediet il-manifest tagħha għall-persuni neqsin mid-dawl. Fost oħrajn hemm proposta li ssir diskussjoni dwar jekk dawn il-persuni għandhomx jivvotaw b’aktar privatezza, billi jkollhom persuna tal-għażla tagħhom li tikkumpanjahom.

Fl-istess waqt appellat lill-Awtorità tax-Xandir biex f’din il-kampanja elettorali, id-dibattiti fuq it-televiżjoni jkunu aċċessibbli għall-persuni b’nuqqas ta’ smiegħ.

Intant waqt konferenza ħdejn l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi, is-Segretarju Ġenerali tal-Alternattiva Ralph Cassar qal li filwaqt li l-użu bażiku tal-ilma għandu jiġi sussidjat, l-użu eċċessiv u l-ħela għandu jiġi penalizzat. Intqal li hemm bżonn attenzjoni ikbar fil-ġbir tal-ilma tax-xita, mhux biss fit-toroq imma ukoll mid-djar.