L-Alternattiva tgħid li persuni gay huma ċittadini sħaħ mingħajr eċċezzjoni

Waqt laqgħa msejħa mill-Malta Gay Rights Movement (MGRM), l-Alternattiva Demokratika qalet li se tibqa’ taħdem biex tiżgura li persuni LGBT Maltin jiġu trattati bħala ċittadini sħaħ mingħajr eċċezzjoni.

Il-kelliema ta’ AD għall-politika soċjali u drittijiet ċivili, Angele Deguara, qalet li l-Manifest tal-Alternattiva jissodisfa s-6 prioritajiet identifikati mill- MGRM għal-leġiżlatura li jmiss. Żiedet li l-Alternattiva tpoġġi ż-żwieġ fuq livell ugwali għal kulħadd u qed issir ħidma biex titneħħa d-diskriminazzjoni fil-liġi tal-adozzjoni.

Ic-Chairperson Michael Briguglio qal li fil-parlament, l-AD tiżgura li kwistjonijiet li jikkonċernaw lil-LGBT jitpoġġew fuq l-agenda.