L-Alternattiva tgħid li l-ġabriet tal-arkivji nazzjonali għandhom jinżammu f’ċentru modern

Alternattiva Demokratika twiegħed li tiżgura li l-libreriji pubblici u l-arkivji jingħataw l-attenzjoni li jistħoqqilhom u jippromwovu l-iżvilupp tal-komunità.

Skont l-Alternattiva, għandhom jiġu pprovduti aktar fondi għal-libreriji pubbliċi u għal-libreriji l-oħra ffinanzjati mill-gvern, bħal-Librerija Nazzjonali, il-librerija tal-Università, il-librerija tal-MCAST, u l-libreriji pubbliċi lokali.

Iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Michael Briguglio qal l-arkitettura, l-għamara, it-tagħmir u l-ġabriet tal-libreriji pubbliċi għandhom jilqgħu lill-membri tal-komunità u jkunu aċċessibbli għal kulħadd.

L-Alternattiva temmen li għandu jkun hemm sistema ta’ ġbir tad-data tas-servizz pubbliku fl-arkivji nazzjonali. Il-ġabriet tal-arkivji nazzjonali għandhom jinżammu f’ċentru modern li jaqdi wkoll il-ħtiġijiet tal-arkivji tal-Proġett Nazzjonali tal-Memorja.