L-Alternattiva tgħid li jrid isir aktar biex jinqata’ l-abbuż tal-anzjani

L-Alternattiva Demokratika stqarret li jeħtieġu miżuri fil-politka soċjali biex l-abbuż tal-anzjani tiġi indirizzata b’mod sħiħ. Iċ-Chairperson tal-Alternattiva Michael Briguglio qal li f’dawn l-aħħar snin, kemm f’Malta kif ukoll f’pajjiżi oħra, l-abbuż tal-anzjani qiegħed jingħata aktar importanza hekk kif il-politici qed jagħrfu li dan qed jiżdied ġmielu.

L-Alternattiva żiedet tgħid li għalkemm hemm diversi artikli fil-liġi Maltija li jitrattaw il-problema tal-abbuż tal-anzjani b’mod dirett jew indirett, jeħtieġ li jkun hemm definizzjoni aktar ċara tal-kunċett tal-abbuż tal-anzjani u mod aktar effettiv ta’ kif jiġi indirizzat.