L-Alternattiva ssostni li hi kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa u favur iktar infurzar

L-Alternattiva Demokratika issostni li hi kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa u favur iktar infurzar.

Waqt zjara fir-rizerva naturali fix-Xemxija, ic-chairperson ta’ AD Michael Briguglio, qal li ż-żewġ partit ewlenin moħhom biex jakkomodaw lill-kaċċaturi. Qal li filwaqt li t-tnejn qegħdin iwegħdu kaċċa fir-rebbiegħa, il-Partit Laburista issa qed iwiegħed li l-insib ukoll ħa jkun permess wara l-arranġament milħuq bejn il-partit u l-FKNK.

Żied jgħid li bħala membru tal-Unjoni Ewropea, Malta għandha l-obbligu li timxi mad-direttiva dwar l-għasafar, u dan l-aġir irresponsabbli mill-PL u l-PN mhux aċċettabbli.

Ic-chairperson ta’ AD Michael Briguglio qal li l-partit tiegħu se jiżgura li l-Birds Directive tkun irrispettata fil-Parlament, inkluż li ma jkunux permessi kaċċa u nsib fir-rebbiegħa.

”AD tahdem ukoll biex tippromwovi l-eko turizmu li jinkludi fih bird watching li zgur jaghti spinta lit-turizmu. Il-migrazzjoni fir-rebbiegha hija opportunita’ kbira ghal min ihobb joqghod josserva l-ghasafar specjalment dawk li ghandhom interess fi tjur tal-priza.
Minflok kemm il-PL kif ukoll il-PN qed jikkontribwixxu ghall-promozzjoni ta’ pajjizna bhala post fejn jinqatlu l-ghasafar u qed igerrxu numru ta’ vizitaturi prospettivi. Dan kien ukoll ikkonfermat m’ilux mill-Ambaxxatur Germaniz Hubert Ziegler.”