L-Alternattiva Demokratika tappella għall-Parlament b’aktar minn żewġ partiti

F’konferenza stampa quddiem il-Parlament, l-Alternattiva qalet li l-votanti jistgħu ikunu parti mill-istorja billi jivvutaw għal sistema parlamentari ta’ aktar minn żewġ partiti bħal dawk li jeżistu fil-pajjiżi demokratiċi, moderni Ewropej.

Il-Chairperson ta’ l-Alternattiva Demokratika Dr Michael Briguglio qal li elfejn vot bl-ewwel preferenza f’distrett jista’ jirriżulta f’elezzjoni ta’ kandidat tal-partit li jirrapreżenta. Dr Briguglio stieden lill-votanti sabiex jiktbu l-istorja u jiżguraw li jiġi elett fi kliemu l-leħen tar-raġuni progressiva. Dr Brigulio sostna li Malta għandha tingħaqad mal-bqija tal-Ewropa li jkollha Parlament b’aktar minn żewġ partiti.

Dr Briguglio aċċerta dibattitu raġonevoli mingħajr partiġjaniżmu. Iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika saħaq ukoll li fil-Parlament il-partit tiegħu ser ikun qiegħed iressaq proposti leġiżlattivi favur il-ħarsien ambjentali, il-ġustizzja soċjali u d-drittijiet ċivili.