L-ALPA thedded lil Air Malta b’azzjonijiet industrijali

Fl-eqqel tal-istaġun tas-Sajf, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Piloti tal-Ajru, l-ALPA, qed thedded lil-linja nazzjonali tal-ajru b’azzjonijiet industrijali wara li ma kienx hemm ftehim dwar il-ġranet ta’ mistrieħ tal-piloti.

Fi stqarrija, l-Air Malta sostniet li m’huwiex f’postu li l-ALPA thedded b’azzjonijiet industrijali f’dan iż-żmien hekk kif deċizzjoni hekk tista’ tagħmel biss ħsara kemm lill-Air Malta kif ukoll lill-industrija tat-turiżmu fil-gżejjer Maltin.

Hu mifhum li l-linja tal-ajru diġa offriet sabiex tiltaqa’ u tiddiskuti mal-ALPA fuq livell maniġerjali nhar it-Tlieta li ġej, bl-Air Malta tinsab diżappuntata bit-theddid tal-ALPA. Il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta Peter Davies qal li l-Air Malta, l-pajjiż u l-industrija tat-turiżmu ma jistħoqlux it-theddida t’azzjonijiet industrijali tal-ALPA.