L-ALPA ma kellhiex laqgħat mal-Air Malta dwar piloti barranin

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Piloti (ALPA) qalet li għadha ma kellhiex laqgħat mal-Air Malta dwar l-ingaġġ ta’ piloti ġodda.
Kelliem għall-ALPA qal ma’ Newsbook.com.mt li mhux 100% li l-linja tal-ajru nazzjonali se tingaġġa erba’ bdoti ta’ nazzjonalità barranija.
Rapporti fil-midja lokali aktar kmieni qalu li l-Air Malta ddeċidiet li se tingaġġa bdoti barranin f’April li ġej.
Ilbieraħ il-cabin crew tal-Air Malta rċevew struzzjonijiet mill-unjin tagħhom biex ma jidħlux għax-xogħol fil-ġranet off tagħhom.
L-Unjin qalet li l-ħaddiema bidlu r-roster tagħhom ħafna drabi biex ikunu flessibli kemm jistgħu iżda għadd ta’ ħaddiema spiċċaw ħadmu iktar mit-12-il xahar limitu li għandhom fil-kuntratt. Qalet li din il-problema ilha għaddejja għal xhur sħaħ u bosta ħaddiema li jitolbu l-leave, ma bediex jingħatalhom.