L-allegat qattiel ta’ Roderick Grech jingħata l-libertà proviżorja

Raġel li allegatament qatel żagħżugħ f’Marzu li għadda ngħata l-ħelsien mill-arrest għal depożitu ta’ €10,000 u fuq garanzija personali ta’ €30,000.
Ir-raġel ta’ 36 sena jinsab akkużat li qatel lil Roderick Grech b’diversi daqqiet ta’ arma ppuntata wara argument .
Fil-Qorti l-imputat ammetta li kien jixtri d-droga mingħand Grech u li dakinhar tad-delitt inzerta ma kellux biżżejjed flus miegħu.
Żied jgħid li hu nifed lil Grech bħala miżura ta’ difiża.
Ir-raġel ingħata l-libertà proviżorja fuq kundizzjonijiet stretti, fosthom li jiffirma f’għassa tal-Pulizija kuljum bejn it-8am u t-8pm u li ma joħroġx bejn l-10pm u s-7am.
Huwa qed jinżamm taħt superviżjoni proviżorjja u kien ordnat biex ma jersaqx jew jagħmel kuntatt max-xhieda tal-prosekuzzjoni.
Uffiċjali tal-Pulizija kienu sabu lil Grech nofsu mitluf minn sensih mitluq ma’ ħajt filwaqt li persuna li kienet għaddejja mill-inħawi waqfet biex tipprova tagħtih l-ewwel għajnuna.
Ftit qabel ma miet il-vittma rrepeta diversi drabi l-kelma “il-vojt”.
Ritratt: Arkivji