L-alleati ta’ Merkel lesti jużaw iktar Twitter

Il-konservattiv Ġermaniż Horst Seehofer qal li qed jippjana li jibda tuża Twitter biex iwassal l-messaġġ dirett tiegħu lin-nies, peress li l-partit tiegħu jiffaċċja elezzjoni iebsa f’Ottubru, li tista’ tarah jitlef il-maġġoranza assoluta tiegħu fir-reġjun.

B’differenza mill-President Amerikan Donald Trump, li juża Twitter b’mod prolifiku, il-politikanti Ġermaniżi sabuha iebsa li jistabbilixxu ruħhom fuq il-midja soċjali.

“Probabbilment se nibda nuża Twitter fl-aħħar t’Awwissu,” qal Seehofer ta’ 69 sena, li huwa l-Ministru tal-Intern Ġermaniż, taħt tinda ppakkjata b’Ġermaniżi huma u jixorbu l-birra f’belt żgħira fin-Nofsinhar ta’ Toeging nhar il-Ħamis billejl.