L-alleati ta’ Merkel imħeġġa jkunu iktar Kristjani

L-alleati Ġermaniżi tal-Kanċillier Angela Merkel, li qed jippressawha biex tbiddel il-politika dwar l-immigrazzjoni, għandhom jiftakru l-għeruq Kristjani tagħhom u juru sens ta’ responsabbiltà lejn il-foqra u dgħajfa, qal il-kap tal-Knisja Kattolika fil-Ġermanja.

Horst Seehofer, il-Kap tal-Unjoni Soċjali Kristjana (CSU), kien f’riskju li jwaqqa l-Gvern ta’ Koalizzjoni aktar kmieni dan ix-xahar billi talab tnaqqis fin-numru ta’ immigranti li jidħlu fil-Ġermanja.

F’intervent rari fil-politika, il-Kardinal Reinhard Marx, li hu l-President tal-Konferenza Episkopali Ġermaniża, qal li x-xaqliba lejn il-lemin kienet waħda żbaljata, sempliċement għax dak kien l-ispirtu tal-ħin.