“L-allat tal-futbol ma kinux magħna” – Mourinho

Manchester United sofrew telfa mhux mistennija meta f’St James Park ġew megħluba minn Newcastle bl-iskor ta’ 1-0.
Wara l-partita l-kowċ tar-Red Devils, Jose Mourinho, deher ferm iddiżappuntat kif ukoll irrabjat hekk kif it-tim tiegħu dabbar il-ħames telfa fil-kampjonat.
“L-avversarji tagħna ssieltu għal kull ballun u l-allat tal-futbol kienu magħhom,” beda biex qal b’ton ironiku Mourinho.
“L-allat tal-futbol żgur illi ma kinux magħna anzi aħna kkumplikajna ħajjitna biex b’hekk spiċċajna b’xejn,”
Fl-aħħarnett Mourinho ammetta illi issa t-tim irid ikun ferm ikkonċentrat hekk kif issa tirritorna l-UEFA Champions League fejn fir-rawnd ta’ 16 jilagħbu kontra Seville.