L-aljotta, soppa tal-ħut

Ingredjenti
60g ross mgħolli
1 basla kbira, imqattgħa
5 rjus tat-tewm, mgħaffġa
2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
1 kuċċarina nagħniegħ
1 kuċċarina merqtux
1 mgħarfa kunserva
4 tadamiet, imqaxxra u mqattgħa
3 tazzi ilma
bżar u melħ
450g ħut tal-għażla tiegħek
lumija

Metodu
Aqli l-basla u t-tewm sakemm il-basal jirtab, madwar 10 minuti. Żid in-nagħniegħ, il-merqtux, il-kunserva u t-tadam. Saħħan sakemm jibda jtektek.

Żid l-ilma, il-melħ u l-bżar u saħħan sakemm jibda jtektek. Żid il-ħut u sajjar sakemm isir, madwar 10-15-il minuta. Ħalli jibred u oħroġ il-ħut mill-borma. Naddfu mill-għadam, l-irjus, etċ, sakemm ikollok il-laħam biss. Farrku f’biċċiet żgħar.

Għaddi s-soppa minn passatur, żid ir-ross mgħolli u erġa’ għalli. Żid il-biċċiet tal-ħut u saħħan.

Roxx ftit bżar u melħ u ftit meraq tal-lumi qabel isservi