L-Alan Kurdi jħejji triqtu lejn Malta – Sea Eye

Sea-Eye via Twitter

Read in English.

L-għaqda Sea-Eye qalet fuq Twitter li l-bastiment tagħha Alan Kurdi se jħejji triqtu lejn Malta. Dan wara li l-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini pprojbixxa l-bastiment milli jidħol fl-Italja.

Fuq il-bastiment tal-NGO hemm bħalissa 13-il immigrant li ġew salvati lbieraħ. Il-bastiment kien diġà wasal qrib l-ibħra territorjali Taljani, ‘il barra minn Lampedusa.

Il-Ministru Salvini qed juża l-iskuża tal-immigrazzjoni biex ikompli jżid il-pressjoni fuq iż-żewġ rivali politiċi tiegħu huma u jaħdmu sabiex jiffurmaw Gvern ġdid.

Salvini li huwa l-kap tal-partit Lega ħareġ digriet li bih waqqaf lil Alan Kurdi milli jirmonka fil-port ta’ Lampedusa u milli jidħol fl-ibħra territorjali Taljani. Din hija t-tieni darba fl-istess ġimgħa li Salvini ħadem sabiex iwaqqaf bastiment milli jdaħħal immigranti fil-pajjiż.

Fid-29 ta’ Awwissu kienet qalet li Mediterranea Saving Humans qalet l-Ministru għall-Intern Matteo Salvini qed jiblokka l-bastiment Mare Jonio li huwa mimli tfal u li jinsab 13-il mil ‘il barra minn Lampedusa milli jidħol fil-Port.