L-Al-Qaeda thedded b’aktar attakki

Il-mexxej ta’ Al-Qaeda fil-Jemen, qal li l-attakk fuq Charlie Hebdo sar b’ordni tal-mexxej tal-Al-Qaeda Ayman Zawahri. 
Permezz ta’ filmat twil 11-il minuta, il-mexxej ta’ Al-Qaeda fil-Yemen, Nasr al-Ansi, qal li Franza “hi membru tal-partit tax-Xitan” u l-istraġi li ġrat fl-uffiċċji tal-gazzetta, “ivvendikat lill-profetta Mohammed”.  al-Ansi  ħabbar li se jseħħu aktar traġedji ġodda u terrur.
Nhar il-Ġimgħa li għadda, 9 ta’ Jannar, wieħed mill-mexxejja tal-al-Qaeda fil-Jemen, Harith bin Ghazi al-Nadhari, wissa lil Franza biex tieqaf tattakka lir-reliġjon Iżlamika, is-simboli tagħha u lill-musulmani”.  Jekk dan ma jiġrix, hedded li se jkun hemm aktar attakki.