L-Al Qaeda ssejjaħ attakki fuq l-Istati Uniti biex tkisser l-ekonomija tal-pajjiż

Il-mexxej tal-Al Qaeda Ayman al-Zawahri sejjaħ għal attakki fl-Istati Uniti biex ikissru l-ekonomija fl-Amerika.

F’diskors li xxandar jum wara t-12-il anniversarju tal-attakki tal-11 ta’ Settembru, Zawahri qal li dawn l-attakki mistennija idgħajfu lill-Istati Uniti, għax iwasslu għal aktar infiq fuq is-sigurtà fil-pajjiż.

Huwa qal li l-Musulmani mghandhomx jixtru prodotti Amerikani, għax dan l-infieq għen biss biex iffinanzja l-azzjoni militari tal-Istati Uniti f’artijiet Musulmani.