L-akwakultura żżid il-kontribut lill-ekonomija

L-industrija tal-akwakultura, fl-2014, ikkontribwiet ferm iktar lill-ekonomija milli fis-sena ta’ qabel.
Skont l-NSO, l-industrija kkontribwiet bi €3.2 miljun iktar milli fl-2013.
Il-parti l-kbira ta’ din l-industrija hi magħmula mit-tkabbir tat-tonn.
Dan is-settur ra l-valur miżjud tiegħu kważi jirdoppja f’sena, minn €8.3 miljun għal €17.6 miljun. Dan is-settur ifisser ukoll pagi lill-ħaddiema ta’ €3.5 miljun fis-sena.
Skont l-NSO, fl-2014 kien hemm tnaqqis ta’ 5.2% fil-volum tal-ħut mibjugħ, hekk kif it-tonn naqas għalkemm żdied il-volum tal-ispnott u tal-awrat.
Fl-istess sena, l-industrija naqqset ukoll l-ispejjeż bi kważi 7%.