L-aktar popolari fuq Netflix bħalissa

Black Mirror

Read in English.

Ħafna huma dawk li llum il-ġurnata qed ifittxu diversi pjattaformi diġitali biex ikunu jistgħu jsegwu s-sensiliet favoriti tagħhom.

Netflix jibqa’ fuq quddiemnett ma’ ħafna, inkluż f’pajjiżna, biex jużaw dan is-servizz u fost l-aktar popolari fl-aħħar ġranet minn fuq din il-pjattaforma ġiet reġistrata Black Mirror.

Il-ħames staġun ġie mniedi fil-5 ta’ Ġunju. Jikkonsisti fi tlett puntati u qed jiġi dskritt bħala l-aqwa staġun s’issa.

Din is-sensiela fantaxjentifika Ingliża taf il-bidu tagħha fl-2011 fuq l-istazzjon Ingliż Channel 4 u wara li twaqqfet, kien in-Netflix li daħal għaliha biex ikompliha. B’kollox hemm 22 puntata.

Huwa kkalkulat li Black Mirror għandha segwitu ta’ 66,728,019 spettatur.

Stranger Things

Fit-tieni post insibu Stranger Things b’segwitu ta’ 55,835,399 spettatur. Il-puntati li hemm fuq din il-pjattaforma diġitali huma dawk tal-2016 u l-2017. Hemm stennija kbira għall-puntati l-ġodda tat-tielet staġun li wieħed se jkun jista’ jaar f’daqqa mill-4 ta’ Lulju. B’kollox hemm tmien puntati ġodda x’wieħed jista’ jistenna.

When They See Us

B’segwitu ta’ udjenza ta’ 55,388,846 insibu s-sensiela When They See Us. Din hi maqsuma fuq ħames puntati u oriġinarjament kien jisimha Central Park Five. Hija ġrajja mnebbħa minn fatti li seħħew tassew fis-Snin 80 meta ħamest irġiel għaddewhom b’ġuri b’suspett li kienu stupraw mara f’Central Park fi New York.

Is-sensiela ma tiffukkax biss fuq dawn il-ħamsa, iżda wkoll fuq il-familjari tagħhom u kif din il-kawża spiċċat teffettwalhom ħajjithom.

Lucifer

Imbagħad insibu Lucifer b’udjenza ta’ 47,635,400. Din is-sensiela twaqqfet minn fuq it-televiżjoni Amerikana, u sabet postha fuq Netflix li kkummissjonaw aktar puntati u fiha naraw kif Luċifru, imdejjaq fl-infern, jinżel fid-dinja tagħna u jingħaqad ma’ ditektiv biex isolvi diversi każijiet kriminali, u flok ħażen naraw lil Luċifru jwettaq azzjonijiet tajba.

Meta twaqqfet milli tixxandar fuq it-televiżjoni Amerikana, Lucifer ittieħdet minn Netflix għal staġun wieħed biss, iżda wara s-suċċess miksub, Lucifer diġa ġiet imġedda għall-ħames sensiela, li però hu mifhum li se tkun l-aħħar waħda.