L-aktar pazjenta anzjana fl-appartamenti ta’ Puttinu

L-aktar mara anzjana li tuża s-servizzi ta’ Puttinu Cares fir-Renju Unit għandha 88 sena.
F’att ta’ inkuraġġiment lil kulmin għaddej minn esperjenza simili, dalgħodu s-sit tal-Facebook ta’ Puttinu Cares tefa’ r-ritratt tas-sinjura.
Newsbook.com.mt tkellem mal-Kap Eżekuttiv ta’ Puttinu, Rennie Zerafa, li qalilna li issa l-qawsalla ta’ żmien li fih Puttinu għen tul iż-żminijiet tvarja minn erbat ijiem għal 88 sena.
L-iżgħar tarbija li qatt irċeviet l-għajnuna ta’ Puttinu kellha erbat ijiem.
Ritratt: Puttinu Cares (Facebook)