L-aktar lejl kiesaħ kien waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena

L-esperti tat-temp fl-Italja qalu li l-iktar lejl kiesaħ fin-naħa t'isfel tal-Italja, u li nħass ukoll f'Malta kien waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tas-sena l-ġdida.
Tant hu hekk li fin-nofsinhar tal-Italja, saħansitra fi Sqallija niżlet il-borra, avveniment li qed ikun meqjus storiku.
Fost il-postijiet fejn niżlet il-borra kien hemm Palermo fi Sqallija li sal-aħħar tax-xahar li għadda t-tempertatura kienet tlaħħat il-31 grad.
Illum, l-ewwel jum tas-sena mistenni li jibqa’ kiesaħ fin-Nofsinhar tal-Italja u anke f'Malta.  Minkejja l-kesħa, il-kundizzjoni tat-temp mistennija titjieb mal-ġurnata.
Minn għada, l-mewġa ta' kesħa mistennija tgħaddi u t-temperaturi se jerġgħu jibdew telgħin għal dawk li aħna imdorrijin bihom f’dawn iż-żminijiet.