L-aktar koppja li ilha miżżewġa fid-dinja

Ritratt: Longhorn Village Senior Living

Fil-15 ta’ Diċembru l-koppja John u Charlotte Henderson, minn Austin, Texas, fl-Istati Uniti, se jkunu qed jiċċelebraw 80 sena miżżewwġa. B’hekk huma qed jitniżżlu fil-Guiness Book of Records bħala l-aktar koppja li ilha miżżewġa fid-dinja.

Bejniethom huma jgħoddu 211 sena.

John għandu 106 sena waqt li Charlotte għandha 105 sena.

Ritratt: Longhorn Village Senior Living

L-istorja tagħhom tmur lura għall-1934 meta ltaqgħu waqt li kienu qed jattendu l-istess klassi fl-Università ta’ Texas.

Huma żżewġu f’Diċembru tal-1939 u jiftakru li f’dak iż-żmien kienu ħallsu biss $7 għall-kamra tal-lukanda li krew għall-qamar-il-għasel tagħhom.

Il-koppja jgħidu li s-sigriet tagħhom biex jiksru r-rekord tal-aktar koppja li ilha miżżewwġa, kif ukoll biex it-tnejn li huma jaqbżu l-mitt sena ħajja huwa li jgħixu bil-moderazzjoni, jorqdu biżżejjed, jieklu tajjeb kif ukoll jagħmlu l-eżerċizzji b’mod regolari.

Iħobbu wkoll iżommu rwieħhom attivi, b’mod speċjali kemm ilu li John irtira u bdew iqattgħu ħafna ħin flimkien u anki jsiefru f’bosta destinazzjonijiet differenti u jgawdu aktar il-kumpanija ta’ xulxin.

Illum din il-koppja tgħix fil-villaġġ ta’ Longhorn fl-Istati Uniti.