L-aktar drama popolari fil-gżejjer Maltin

L-Awtorità tax-Xandir ippubblikat ir-riżultati tal-istħarriġ li għamlet li jindikaw x’segwitu għandhom il-programmi fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni. Il-produzzjonijiet ta’ drama jibqgħu il-favoriti mal-udjenzi Maltin. L-istħarriġ juri li s-seba’ staġun ta’ Division 7 hija l-aktar serje ta’ drama favorita.

Il-lista sħiħa, skont kif ġiet ippubblikata hija kif ġej:

  1. Division 7 (L-Erbgħa fid-9pm, One) – 54, 588 telespettatur
Davide Tucci bħala Il-Brimbu. Ritratt: Facebook/Division7

2. L-Għarusa (It-Tlieta fid-9pm, TVM) – 51,930 telespettatur

Ritratt: Reno Rapa

3. Fattigi (Il-Ħamis fid-8.45pm, Net) – 16,081 telespettatur

Sarah Camilleri, Veronica Farrugia u Lenies Gauci fis-sensiela fattigi. Aktar tagħrif aktar ‘l isfel

4. F’Ġieħ L-Imħabba (It-Tnejn fid-9pm, TVM) – 14,273 telespettatur

Ritratt: Ivan Borg

5. Elf Metodu (Il-Ħadd fid-9.20pm, One) – 8,884 telespettatur

Ritratt: Coldman Photography

6. Iż-Żagħka (It-Tnejn fid-8.45pm, Net) – 6,173 telespettatur

7. Il-Misteru tal-Għoġol tad-Deheb (Il-Ħadd fl-4.30pm) – 2,944 telespettatur

Kuljum fuq TVM fit-3pm tixxandar is-sensiela Sorelle.

Ritratt: Ivan Borg

L-udjenza fil-ħin li tixxandar l-ewwel darba tvarja minn jum għall-ieħor, bil-jum tal-Ħamis ikun dak li jattira l-akbar numru ta’ udjenza b’kalkola ta’ 11,833 telespettatur.