L-aktar 10 films li qatt għamlu flus

Harry Potter & The Deathly Hollows

Skont il-kumpanija Buy Shares l-aqwa 10 films bl-ogħla dħul ta’ kull żmien daħħlu $18.5 biljun sa Diċembru 2020. Id-dħul huwa għal films li ħarġu mill-1915. In-nuqqas ta’ dħul tal-films tal-2020 kien kaġun tal-pandemija tal-Covid-19.

The Avengers: Endgame li ħareġ  fl-2019 huwa l-aktar film li għamel flus: $2.79 biljun segwit minn Avatar tal-2009 bi dħul ta’ $2.78 biljun.

Titanic mill-1997 huwa t-tielet l-ogħla film li d-dħul tiegħu laħħaq $2.18 biljun. Fir-raba’ post hemm Star Wars: Episode VII – The Force Awakens maħruġ fl-2015 li kellu dħul li ammonta għal $2.06 biljun.

Fil-ħames post, hemm Avengers 2018: Infinity War għal $2.04 biljun. Il-film Avengers li ħareġ fl-2012 huma s-sitt wieħed bi dħul gross ta’ $1.51 biljun segwit minn Harry Potter and the Deathly Hallows: Part 2 mill-2011 bi dħul ta’ $1.34 biljun. Star Wars: Episodju VIII – The Last Jedi mill-2018 jikklassifika fit-tmien post bi dħul ta’ $1.32 biljun segwit minn Frozen maħruġ fl-2013 bi dħul ta’ $1.27 biljun. Captain America, maħruġ fl-2016, jikklassifika bħala l-għaxar film bl-ogħla dħul b’$1.15 biljun.

Bħall-biċċa l-kbira tas-setturi, kien hemm tnaqqis kbir fid-dħul tal-films fl-2020, l-aktar minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Eluf ta’ teatri taċ-ċinema nagħlqu madwar id-dinja minħabba li l-awtoritajiet imponew lockdowns bħala miżuri preventivi biex irażżnu l-firxa tal-virus.

Bħala riżultat, films kbar ta’ Hollywood se joħorġu aktar tard. Fl-istess ħin, films skedati għall-wiri ġew ikkanċellati u minflok ħarġu streaming onlajn.