L-akkużati jżuru l-post tal-qtil ta’ Kim Jong-nam

Iż-żewġ nisa akkużati bil-qtil ta’ Kim Jong-nam, ħu l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong-un, reġgħu żaru l-ajruport fejn fih allegatament qatlu lil Jong-nam.
Kim Jong-un miet fi Frar li għadda meta ġie vvelenat fl-ajruport ta’ Kuala Lampur fil-Malażja huwa u jistenna titjira.
Maż-żewġ nisa, Indoneżjana u Vjetnamiża, erbat irġiel oħra mill-Korea ta’ Fuq jinabu akkużati bil-qtil ta’ Jong-nam, iżda dawn ħarbu mill-Malażja.
In-nisa dejjem qalu li huma innoċenti, u li tqarrqu minn aġenti tal-Korea ta’ Fuq li dakinhar qalulhom li qed jagħmlu candid camera u talbuhom jimsħu b’maktur il-kimika ma’ ħalq Jong-nam.
L-ajruport kien miżgħud ġurnalisti xħin iż-żewġ nisa waslu, skortati mill-uffiċjali u lebsin ġkieket ta’ kontra l-bullits.
Qed jiġi rrappurtat li waqt iż-żjara, li saret biex l-akkużati jiftakru aħjar biex jgħinu fl-investigazzjonijiet, in-nisa dehru mbikkma u mhux f’saħħithom, tant li ngħataw siġġu tar-roti.
Jekk jinstabu ħatja, hemm is-sentenza tal-mewt tistenniehom.
Hu mifhum li Kim Jong-nam, ħu l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, impona fuqu nnifsu l-eżilju minn pajjiż twelidu, u mar joqgħod fil-Makaw. Ħafna jemmnu li kellu l-kuntatti maċ-Ċina.