L-akkużati bil-qtil tal-Imnieħru jingħataw il-libertà kundizzjonata

Jason Galea u George Galea, akkużati bil-qtil ta’ Mario Camilleri l-Imnieħru u ibnu, ingħataw il-libertà kundizzjonata fuq depożitu ta’ €30,000 u garanzija personali ta’ €30,000.
Il-Maġistrat Antonio Micallef Trigona ordna liż-żewġ akkużati biex jinżammu arrestati f’darhom u jiffirmaw fl-għasses tal-pulizija rispettivi. F’dan il-każ għadhom iridu jixhdu 28 persuna oħra fosthom uffiċjali tal-pulizija u esperti oħra.
Mario Camilleri u ibnu nqatlu s-sena li għaddiet f’Marsaxlokk u fil-Qajjenza f’Birżebbuġa rispettivament.