L-Akkademja tfittex lir-rebbieħ tal-midalja tad-deheb li jmiss

L-Akkademja tal-Malti se tonora lil dik il-persuna li tul ħajjitha ħadmet bis-sħiħ u tat kontribut eċċezzjonali biex jiżdied l-interess fl-ilsien Malti u l-letteratura tiegħu fiċ-ċerimonja Ġieħ l-Akkademja tal- Malti fl-14 ta’ Novembru
Fil-jiem li ġejjin l-imsieħba tal-Akkademja se jinnominaw lir-rebbieħ jew rebbieħa li f’ċerimonja nhar Jum l-Akkademja tingħatalhom midalja tad-deheb mill-President ta’ Malta.
Il-ġurija hija magħmula mill-President tal-Akkademja, mill-President tal-Kunsill tal-Malti, u mill-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università.
L-ewwel midalja tad-deheb kienet ingħatat lill-Prof. Oliver Friggieri s-sena li għaddiet.