L-akbar żewġ kmandamenti li Ġesù tkellem dwarhom

Antonella Galea Loffreda

Waqt il-programm Il-Kelma li jixxandar illum fil-5.30pm fuq One TV, Antonella Galea Loffreda se tiddiskuti  suġġetti li joħorġu mill-Evanġelju li jinqara fil-knejjes is-Sibt u l-Ħadd.

Evanġelju li jitkellem dwar l-akbar żewġ kmandamenti li Ġesù tkellem dwarhom.  Fr. Louis Mallia mssp, il-mistieden residenti  flimkien ma’ Clive Seychell, seminaristà, se jitkellmu dwar kif aħna l-Insara u anke dawk li m’humiex, jistgħu, jekk verament jemmnu fil-kliem ta’ Ġesù, jpoġġu lill Alla l-ewwel u qabel kollox f’ħajjithom. U anke kemm hu possibbli li jħobbu lill għajrhom bħalhom infushom.

Maria Galea Farrugia taqra l-Evanġelju u t-talba tal-aħħar,  kif ukoll Robert Aloisio kiteb storja ħelwa dwar Carlos Akutis. Min kien? X’għamel f’ħajtu biex illum jibqa jissemma?

Il-produzzjoni eżekuttiva ta’ CPi media, bdirezzjoni ta’ Paul Jones.

Il-Kelma jixxandar illum is-Sibt 24 ta’ Ottubru fil-5.30pm b’repetizzjoni għada l-Ħadd fil-11.30am fuq One TV.