L-akbar somma li ngħatat lill-Istrina ġiet mill-Fun Run

Fl-appuntament annwali tal-Fun Run organizzata mill-Uffiċju tal-President bl-appoġġ tal-BNF Bank inġabret is-somma ta’ €313,515 lill-Istrina li din is-sena qabżet l-ammont miġbura fl-edizzjonijiet ta’ qabel. 
Iċ-Ċermen tal-BNF Bank Dr Michael Frendo kien preżenti għall-okkażjoni tal-preżentazzjoni tad-donazzjoni, u qal li sa mill-bidu tiegħu il-bank dejjem żamm l-impenn tiegħu mal-Malta Community Chest Fund. 
Huwa sostna li bħal kulħadd irid li huma jibqgħu jagħtu lill-kommunità. 
Filwaqt li rringrazzja lill-parteċipanti, l-MCCFF u l-tim kollu tal-bank li taw il-kontribut tagħhom f’din il-wirja straordinarja ta solidarjetà huwa temm jgħid kif sena wara sena jkunu sorpriżi b’mod pożittiv b’din il-wirja ta’ ġenerożità.