L-akbar rebħa tal-PL ma kinitx din is-sena

Miguela Xuereb

Ir-rebħa tal-Partit Laburista ma kinetx rebħa storika bħalma ntqal matul dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Ilbieraħ il-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara li l-Partit Laburista rebaħ b’aktar minn 50,000 vot f’din l-elezzjoni, madankollu dan in-numru ġie revedut u niżel għal 42,656 vot.

Li kieku kien hemm 50,000 vot differenza kienet tkun rebħa storika madankollu fl-1947 il-Partit Laburista bil-Kap ikun Paul Boffa kien irnexxielu jirbaħ 44,104 vot kontra l-Partit Nazzjonalista. Dan ifisser li hemm differenza ta’ iktar minn 1,000 vot għalhekk din kienet it-tieni l-akbar rebħa.

Skont l-istatistiċi elettorali, fl-1955, il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni b’19,933 vot. Min-naħa l-oħra mill-1947 ‘l hawn meta l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijeit dejjem ġab maġġoranza ta’ bejn 4,000 u 7,500 vot.

Mill-banda l-oħra l-Partit Nazzjonalista qatt ma rnexxielu jirbaħ elezzjoni b’dawk l-ammont ta’ voti. Fl-1950 u l-2008 l-ammont ta’ voti bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista kien viċin ħafna.  Fl-1950 kien hemm maġġoranza ta’ 1099 vot filwaqt li fl-2008 kien hemm 1580 vot.

Fl-1981 u 1987 il-Partit Nazzjonalista kellu maġġoranza ta’ madwar 4,000 vot filwaqt li fl-1998 u l-2003 kien hemm iktar minn 12,000 vot.