L-ajruporti jikkontribwixxu għal 4.1% tal-GDP tal-Ewropa

Studju Ewropew juri li l-ajruport jikkontribwixxu għal 4.1% tal-GDP tal-Ewropa.
Dan ifisser li l-ajruport jgħaddu fl-ekonomija tal-Ewropa b’€675 biljun ewro fis-sena.
B’kollox, l-ajruporti Ewropej joffru x-xogħol lil 12.3 miljun persuna filwaqt li jagħmlu profitti li jlaħħqu it-€365 biljun fis-sena.
Hekk kif il-Kummissjoni Ewropea qed tipperpara tibdil fil-liġijiet tal-Avjazzjoni, ir-rapport juri li kull żieda ta’ 10% fil-konnettività bl-ajru bejn il-pajjiżi Ewropej, il-GDP tal-Ewropa jikber b’0.5%.
Ir-rapport jistħarreġ ukoll il-possibilità li l-ajruporti jkomplu jespandu u jqis li jekk dan ma jkunx possibbli, l-Ewropa se titlef iċ-ċans li jinħolqu mat-3 miljun post tax-xogħol ġdid u jintilfu mas-€97 biljun f’żieda fl-attività ekonomika sal-2035.