L-ajruporti fir-Renju Unit jerġgħu joperaw normalment

L-ajruporti fir-Renju Unit reġgħu bdew joperaw bħas-soltu wara li ssaħħet is-sigurtà hekk kif l-Istati Uniti ħabbru li rċevew informazzjoni kredibbli li kien se jitwettaq attakk terroristiku.
Heathrow u Gatwick infurmaw lill-passiġġiera li kienu qed joperaw bħas-soltu.
Aktar kmieni l-uffiċċju tal-Prim Ministru fl-Ingilterra ħabbar li David Cameron ġie nfurmat bit-theddida iżda jirriżulta li t-titjiriet bl-ajru se jsiru kif ippjanat.
Il-Gvern tal-Istati Uniti jinsab imħasseb bit-theddida li militanti iżlamiċi fis-Sirja u l-Jemen qed jaħdmu fuq bomba jew splussiv li ma jistax jiġi nterċettat mill-uffiċjali tad-dwana.