L-Ajruport ta’ Malta fost l-aqwa fl-Ewropa

Għal darb’oħra, l-ajruport ta’ Malta reġa’ ġie vvutat fost l-aħjar ajruporti fl-Ewropa. Dan sar magħruf fir-rapport annwali tal-Airport Service Quality, servej li jimlew il-passiġieri. Kemm fl-2010 kif ukoll fl-2011, l-ajruport ġie fl-ewwel post.

Is-CEO tal-ajruport ta’ Malta Markus Klaushofer qal li dan huwa sinjal tal-isforzi u investimenti fil-kwalita’ tas-servizz, u dan qed jagħmlu r-riżultat mixtieq. Ikkonkluda billi qal li s-sehem tal-impjegati kif ukoll tal-klijenti u partijiet interessati għenu sabiex jinkiseb dan ir-riżultat, irwol importanti fl-industrija tat-turiżmu fil-gżejjer Maltin.